Categories
Recent Posts
- Korsijiet ta' Inġinerijja, saħħa u sigurta14 July 2021
- Karnival 20222 May 2021
- Be St Facebook Live27 June 2020
- Korsijiet ta' Inġinerijja, saħħa u sigurta
Tags
Nispera li tinsabu tajjeb. Dan hu l-ewwel blog post għal-din is-sena. Milli jidher id-dinja qegħda tibda tieħu r-ruħ minn din il-pandemijja li waqfet lid-dinja u ġabet lil kulħadd għalkubtejh. Għallinqas L-Ewropa, u dan ifisser li għas-sena d-dieħla 2022, jidher li hemm possibilita kbira li l-karnival ta’ Malta jirritorna u nerġghu ngawduh flimkien. F’Cologne fil-Ġermanja, Belt magħrufa ħafna ghal-Karnival, diġa qegħda bi preparazzjoni għal-karnival li ġej, kif ukoll bliet ohra fl-Italja li ddeċiedew li jmexxu d-dati għal-Settembru ta’ din is-sena.
Għaliex huwa mportanti l-karnival 2022 għalina l-Maltin?
Din hija festa ta’ Kulħadd, Hija festa fejn is-soltu ninsew dak kollu li qed idejjaqna madwarna, Il-politika, l-istejjer li naraw fl-aħbarijiet, nilbsu kostum u mmorru ximkien nieħdu buzz. Sabiħ ukoll, li llum il-ġurnata ħafna rħula jorganiżżaw speċi ta’ ballijiet f’diversi każini u postijeit oħra, u għalhekk il-karnival ta’ Malta qiegħed dejjem jikber. F’Għawdex kiber ħafna, għalkemm ejja nkunu onesti, hemm numru ta’ Maltin, li jitilgħu Għawdex, mhux għal-karnival tan-Nadur jew tar-Rabat, imma biex isiru daħna u jkunu certi li f’weekend ikunu ppruvaw kollox. Din hija rejalta. Għalkemm mhux kull min jitla’ Għawdex ikun irid isir daħna. Hemm nies li jinteressom ħafna l-ispontanjeta u din hija xiħaga li naħseb li f’Malta hija nieqsa ħafna. Hawn nixtieq inselli ħafna għal-sħabna l-Għawdxin li jagħmlu xogħol uniku hafna bi ftit riżorsi. Prosit!
Bħala kumpanija ma kinitx sena faċli u dan għaliex kelna hafna sfidi li riedna niffacjawhom. L-ewwel sfida kienet il-biża li kollha kemm aħna kelna. Il-biża’ li jekk tinżel sal-maħżen ser tlaqqat il-virus. Dan wassalna biex ħadna certu deċiżjoniijiet, fosthom li niffumigaw il-maħżen fi żmien meta l-pandemijja kienet għolja ħafna f’pajjizna. Dan kien possibli għal-MAS Fog. Irrid inselli għal-dawk il-helpers vulnerabli li sfortunatament ma rajniehomx għal ħafna ġimgħat. Immisjajnijkom ħafna. Flimkien, għamilna mezz li nżommu d-distanza soċjali u li nżommu l-indafa.
Il-Ħolma.
Niftakar ċar, miexi t-telgħa ta’ kastilja sejjer napplika fl-uffiċċju ta’ Festivals Malta. Ċempilt lil kuġin tiegħi biex nikkonferma n-numru ta’ l-I.D Card tiegħu u hemm kien il-mument li ħassejtni qed ngħix il-ħolma, dik li dejjem kelli. It-telefonata kienet partikolari, fejn kuġinuwwi stess qalli dal-kliem.
“Stief, jekk tixtieq li tarma, jien ngħinek, imma issa huwa ż-żmien li tibda tieħu l-affarijiet f’idejk. Jien qed nikber, għandi affarijiet personali li huma ta’ prijorita’ u rrid niffaċċjom. Ħa ngħinek, ħa nibqgħu bħala kumpanija waħda, imma mexxi.. kapaċi u ninżalek il-kappell”
Mhux ha niddejjaq ngħid, imma dak il-ħin beda ħiereġ l-għaraq minn kullimkien. Kienet sorpriża u xiħaga li ma stennejtiex. Minn hemm erġajna tkellimna u spiċċajt fit-tmun ta’ kumpanijja bis-sens. Kumpanijja fejn qed insib ħafna appoġġ mill-helpers fil-maħzen, minn kuġinuwwi stess u kif ukoll mill-kumpanija kollha. Mhux facli ta’ tmien snin taħdem il-karrijiet tal-karta pesta bil-kartun u r-rollijiet tat-toilet paper għal-karrijiet kbar mekkaniżżati. Għalkemm ħdimt ma’ kumpanijji ohra, din is-sena kienet sena fejn dak kollu li tgħallimt fl-arti tul iż-żmien, issa wasal iż-żmien li napplikah flimkien ma’ sħabi biex flimkien nibnu tim wieħed b’saħħtu li jħalli ħafna riżultati sbieh warajh. Pawlu, ser jibqa fit-tmun ukoll fir-rwol tiegħu taż-żfin u kostumi, b’hekk il-kumpanija ser tkun ta’ Stiefnu De Battista u Paul Chircop, Kumpanija Sezzjoni A.
Iż-żeffiena u l-kostumi huma parti kbira fil-kumpanija.
Jien nemmen li f’kumpanijja taż-żfin bil-karru, iż-żeffiena u l-kostum huma importanti ħafna. Huma ż-żeffiena bil-kostumi li jżejnu l-karnival Malti. Karnival mingħajr żeffiena u kostumi tradizzjonali huwa karnival għarwien. Din is-sena kelna rekord kbir ta’ nies li applikaw magħna u ta’ dan ngħidilkom grazzi mill-qalb għax jidher li ha tkun sena tajba ħafna. L-għan tagħna huwa li nżommu mas-suċċess li kelna s-sena l-oħra. Għal min ma jafniex, is-sena l-oħra l-kumpanija tagħna ġabet l-ewwel post fiż-żifna u t-tielet post fil-kostum.
Is-sapport
Nixtieq nagħlaq dan il-blog post billi nirringrazzja lil kugin tiegħi Paul Chircop li tagħni din l-opportunita li dejjem kienet fil-kurituri ta’ moħħi. Lil mara tiegħi Stefania De Battista Cristina li din is-sena għandha rwol iktar tekniku u tas-sapport morali li ttini. Lil helpers kollha li jagħtu sehmom kemm fil-ħin, u kemm finanzjarjament. Dawn jafu minn huma. Lil isponsors tagħna li din is-sena diġa bdew jinvolvu ruħhom. Lil ħajjata li ħa jkunu fit-team tagħna u liż-żeffiena kollha li qed iħarsu l-quddiem għal-xhur ta’ provi, żfin, qbiz, buzz u dedikazzjoni!
Niltaqgħu ghal-blog post li jmiss!