Categories
Recent Posts
- Korsijiet ta' Inġinerijja, saħħa u sigurta14 July 2021
- Karnival 20222 May 2021
- Be St Facebook Live27 June 2020
- Korsijiet ta' Inġinerijja, saħħa u sigurta
Tags
Ftit tal-ġimgħat ilu Festivals Malta, organiżżat serje’ ta’ korsijiet li jiffukaw fuq il-miżuri tas-saħħa u sigurtà li għandhom jittieħdu waqt li nkunu qegħdin naħdmu fl-imħażen tal-Karnival. Dawn il-korsijiet iffukaw ukoll fuq aspetti tekniċi ta’ Inġinerijja li wieħed jista juża fuq Karru tal-Karnival.
Id-Direttur Artistiku, Jason Busuttil spjega li l-għan ta’ Festivals Malta minn dejjem kien li jissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà kemm tal-parteċipanti tal-Karnival li jaħdmu fuq il-karrijiet, kif ukoll tal-pubbliku li waqt il-jiem tal-Karnival iżuru l-Belt Valletta b’ entużjażmu biex jammiraw u jgawdu x-xogħolijiet tal-Karnival li jiffurmaw parti mil-kultura Maltija. Dawn il-korsijiet ġew ipreżentati minn Inġinier professjonali b’diversi esperjenza fl-industrija.
“Ix-xogħol assoċjat mal-Karnival ma jsirx biss matul il-ħamest ijiem tiegħu, imma huwa proċess li jibda minn sena qabel. L-għan ta’ Festivals Malta hu li permezz ta’ dawn il-korsijiet, il-parteċipanti niksbu abbiltajiet u inċentivi ġodda li jissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà tal-parteċipanti filwaqt li r-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà jiġu segwiti”,ikkonkludiet Annabelle Stivala, Kap Eżekuttiv Festivals Malta.
F’dan il-kors, il-kumpanija tagħna kella numru sabiħ ta’ Helpers li attendew għal dawn is-sezzjonijiet.